Espresso
4 t'ijiem għall-festival tan-nar 2019

Ġew imħabbra l-postijiet fejn ser jitellgħu l-ispettakli tal-logħob tan-nar bħala parti mill-festival internazzjonali tan-nar f'Malta u f'Għawdex.
L-avvenimenti li huma kompletament b'xejn, ser issiru:
L-Erbgħa 24 t'April: L-Imqabba Is-Sibt 27 t'April: Ix-Xagħra, Għawdex It-Tlieta 30 t'April: Il-Belt Valleta Is-Sibt 04 ta' Mejju: Il-Fosos, Furjana
L-awtorita' maltija għat-turiżmu kkonfermat li din it-18-il edizzjoni tal-festival, ser tkun akbar minn qatt qabel.
