Espresso
Id-dritt tat-tfal li jkollhom kuntatt dirett maż-żewġ ġenituri.
Dr Lynn Faure tkellmet dwar dan id-dritt li jestendi ukoll għal man-nanniet.

Ta' sikwiet nisimgħu li t-tfal għandhom id-dritt għall-protezzjoni u għall-kura meħtieġa, għall-ġid tagħhom. Nisimgħu li fl-azzjonijiet kollha relatati mat-tfal, kemm jekk jittieħdu minn awtoritajiet pubbliċi jew minn istituzzjonijiet privati, l-aħjar interess tat-tfal għandu jkun kunsiderazzjoni primarja. Iżda kemm huwa importanti d-dritt li t-tfal jesprimu lilhom infushom b'mod liberu? Dawn l-opinjonijiet għandhom jitqiesu f'materji li jirrigwardawhom skont l-età u l-maturità tagħhom. Waqt ESPRESSO, il-programm ta' filgħodu fuq ONE, l-avukat Dr Lynn Faure tkellmet u ffukat dwar id-dritt tat-tfal kollha li jkollhom, regolarment, relazzjoni personali u kuntatt dirett maż-żewġ ġenituri, u kif dan il-kuntatt ma jkunx kontra l-interessi tat-tfal. Tkellmet u spjegat kif il-qorti Ewropea għad-drittijiet umani kkonfermat illi dan id-dritt jestendi ukoll għal relazzjonijiet personali u regolari man-nanniet. Segwi din is-sezzjoni li xxandret waqt ESPRESSO, hawn: