top of page
  • Writer's pictureEspresso

Il-ġimgħa tal-Eurovision… Min ser jirbaħ?


Hekk kif tkompliet l-aħħar ġimgħa tal-Eurovision, il-mistoqsija fuq fomm is-segwaċi tal-Eurovision tkun waħda: “Min ser jirbaħ?”.


Skont id-djar tal-imħatri, l-iżjed pajjiż li għandu ċans jirbaħ din is-sena huwa l-Olanda b’28% persentaġġ, segwit mill-Isvezja b’13%. Wara l-ewwel semifnali fuq il-palk ġewwa ‘Tel Aviv Expo’, il-post fejn qed isir il-Eurovision din is-sena, l-iktar pajjiż li ra’ tibdil favur tiegħu kien l-Awstralja hekk kif Kate bil-kanzunetta ‘Zero Gravity’, telgħat fit-3 post, b’9% ċans li jirbħu il-festival.


Dan x’ser jirriżulta?


Bħal kull sena oħra, id-djar tal-imħatri qatt ma jkunu mija fil-mija ċerti mir-rizultat, iżda ħafna mid-drabi, jaqtgħu ħafna mill-postijiet kif ser ikunu ġejjin.


2 Pajjiżi li ssorprendew lil kull min żamm l-imħatri, kienu l-Belarus u San Marino, wara li d-djar tal-imħatri bassru li ser jikkwalifikaw fit-13 u l 15-il post rispettivament, imma attwalment għaddew għall-finali tas-sibt. B’hekk qatgħu 8 minn 10 finalisti.


Fl-aħħar snin, id-djar tal-imħatri dejjem kellhom ir-rebbieħ tal-festival mal-aqwa 3 imbassra. Dan ifisser li din is-sena ir-rebbieħ ser jkun L-Olanda, L-Isvezja jew L-Awstralja.


L-Olanda:


L-Isvezja:

L-Awstralja:


bottom of page