Espresso
Il-kanzunetta ta' Malta għall-Eurovision 2019
Michela Pace ser tinterpreta l-kanzunetta Chameleon

Malta, permezz tal-kantanta Michela Pace ħabret il-kanzunetta li biha ser tkun qed tiehu sehem fit-tieni semi-finali tal-Eurovision Song Contest li ser issir il-Ħamis 16 ta' Mejju f'Tel Aviv, Iżrael. Wara sitt ġimgħat mir-rebħa tagħha fl-ewwel edizzjoni ta' X Factor Malta, il-kantanta Michela Pace qalet li tinsab onorata li ser tirrappreżenta lil pajjiżna b'din il-kanzunetta. ''Chameleon'' Intgħażlet minn fost 300 sottomissjoni ta' kanzunetti wara eżerċizzju ta' stħarriġ fost gruppi u esponenti fix-xena mużikali. Espresso jawgura lil Malta u lil Michela! Segwi hawn il-kanzunetta ta' Malta:
ESPRESSO, il-programm ta' filgħodu fuq ONE ser ikun qed iwassalek l-aħħar aħbarijiet dwar is-sehem tal-Malta fl-edizzjoni ta' din is-sena tal-Eurovision Song Contest, dirett minn Tel Aviv fil-ġimgħa tas-semi-finali u l-finali.