Espresso
Imut l-attur Benny Casha

ESPRESSO, il-programm ta' filgħodu fuq ONE, isellem il-memorja ta' Benny Casha. Benny li huwa wiċċ familjari mas-segwaċi tad-drama lokali, ħalla din id-dinja il-Ħamis 13 ta' Frar fl-eta' ta' 48 sena. Benny kien wieħed mid-diretturi ta' Bronk Productions li tul dawn l-aħħar snin tawna diversi produzzjonijiet tad-drama, uħud minnhom komiċi fuq it-televiżjoni, kif ukoll diversi rapreżentazzjonijiet tejatrali.
Huwa kien involut ukoll fil-karnival, fir-regatta, fil-futbol u fil-boċċi. ESPRESSO jwassal il-kondoljanzi lil familja tiegħu, qraba u ħbieb. Insellmulek Benny.