Espresso
Jaqlibilha ma' oħtha u taħfirlu
l-esperjenza ta' mara li r-raġel mar ma' oħtha u nisa oħrajn

Lejliet jum l-imħabba, San Valentinu, ESPRESSO, il-programm ta' filgħodu fuq ONE, flimkien mal-counsellor Matthew Bartolo u Danica Cassar, gradwata fil-psikoloġija, iddiskuta u staqsa: X'jagħmel relazzjoni b'saħħitha?
B'dan il-punt ta' tluq, ħarġu ħafna punti, fosthom: il-kommunikazzjoni, il-fiduċja, is-sagriffiċju, li nifhmu lil xulxin u anke l-maħfra. Iżda telefonata ta' telespetattriċi li kienet qed issegwi l-programm, saħqet kif hemm limitu għal kollox.
Din it-telespetattriċi rrakuntat kif iżżewġet raġel li ma kinitx taf li qabel iż-żwieġ, kien jaqlibilha ma' oħtha. Tgħid li skont it-twemin spiritwali tagħha, hi ħafret lil żewġha tliet darbiet u baqgħet dejjem tagħtih ċans, iżda wara ħafna, ma setgħatx tibqa' tagħmel dan.
Segwi din it-telefonata hawn:
Kull min għaddej minn xi diffikulta fir-relazzjoni jew iż-żwieġ, għandu jfittex l-għajnuna. WILLINGNESS, huwa tim multi-dixxiplinarju, magħmul minn professjonisti f'oqsma differenti u joffru servizzi relatati ma' familji, koppji u relazzjonijiet. Għal aktar informazzjoni tista' ċċempel: 79291817