top of page
  • Writer's pictureEspresso

Il-kanzunetta ta' Michela, għal nofs Frar

Updated: Feb 6, 2019


Michela u X Factor


Michela Pace, ta' 18-il sena, fis-26 ta' Jannar, rebħet l-ewwel edizzjoni ta' X Factor Malta f'finali segwita bil-fuq minn 200,000 telespettatur u li għar-riżultat ivvutaw 'il fuq minn 50,000 persuna. Minn dakinhar 'l hawn ir-rebbieħa Michela bdiet bl-impenji tagħha.


Michela mal-Prim Ministru


F'kastilja f'laqgħa mal-Prim Ministru ġie żvelat li l-kanzunetta li ser tinterpreta Michela u li biha ser tkun qed tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest li jmiss f'Tel Aviv, ser toħroġ għall-publiku lejn nofs Frar. 


Il-kanzunetta ta' Michela għall-Eurovision Wara 17-il episodju ta' X Factor Malta, l-attenzjoni issa daret fuq il-kanzunetta. X'ser tkanta Michela? Min ser ikun involut fil-kanzunetta? Waħda mill-ġurija tal-programm fuq instagram kienet sostniet li sa fejn taf hi, l-kanzunetta Maltija għall-Eurovision ser ikollha l-involviment tad-dar tal-mużika Taljana, "Sony Italy" - liema dar, ir-rebbieħa ingħatat kuntratt magħha. Sadanitant, fuq il-programm Xarabank, il-Kap Eżekuttiv tal-PBS Charles Dalli sostna li dan il-kuntratt għadu qed jiġi ffromolat. Id-dar tal-mużika ''Sony Italy'' għadha ma ppublikat ebda stqarrija fuq dan il-kuntratt b'rabta ma' X Factor Malta. Rigward il-kompożizzjoni u l-lirika ġimgħat ilu, X Factor Malta, fetħu applikazzjonijiet għall-kompożituri u awturi biex jissottomettu kanzunetti oriġinali għall-finalisti li wasslu sal-"live shows", għalkemm nafu li l-finalisti ma ingħatawx kanzunetta oriġinali, ħlief dawk li kitbu l-mużika tagħhom stess.

Owen Luellen u Ira Losco L-għada tal-finali ta' X Factor Malta, fuq il-midja soċjali bdiet iddur petizzjoni sabiex il-kantant li kklassifika fit-tieni post, taħt il-kappa ta' Ira Losco, ir-rapper Owen Luellen, jitla' Tel Aviv biex jirrima tnejn ma' Michela. Il-petizzjoni ġabret 'il fuq minn 5,000 firma iżda Luellen ippubblika fuq il-midja soċjali tiegħu li mhux interessat li jitla' jirrapreżenta lil-Malta fil-Eurovision għaliex għandu pjanijiet differenti għal-karriera tiegħu. Jorbot ma' dan, waqt il-programm Xarabank tal-ġimgħa li għaddiet, Howard Keith żvela li Owen ser jidħol fl-istudjo ma' Ira Losco biex fil-jiem li ġejjien jirrikordjaw 'Hey now' flimkien.


Segwi l-prestazzjoni ta' Michela Pace hawn:


bottom of page