Espresso
Michela tħalli Malta għall-Eurovision
Illum it-Tnejn il-kantanta Għawdxija tibda l-avventura tagħha

Il-kantanta Michela Pace, tibda l-avventura tagħha li ser twassalha sa' fuq il-palk tal-Eurovision Song Contest f'Tel Aviv, Iżrael. Wara r-rebħa tagħha fl-ewwel edizzjoni ta' X Factor Malta, il-kantanta mal-ewwel kienet bdiet bil-preparamenti għal dawn il-jiem.

Michela f'isem Malta ser tkun qed tieħu sehem bil-kanzunetta Chameleon fit-tieni semi-finali tal-Eurovision ta' din is-sena, li ser jittella' nhar il-Ħamis 16 ta' Mejju. Skont id-djar tal-imħatri, Michela għandha tgħaddi għall-finali tas-Sibt. Intant, ESPRESSO, il-programm ta' filgħodu fuq ONE u dan is-sit, ser ikunu qed jaġġornaw lis-segwaċi b'dak li jkun qed jiġri f'Tel Aviv, fil-ġimgħa tal-Eurovision Song Contest