Espresso
Nicole Frendo ser tkun ġurija fil-Eurovision

Tħabbret l-ġurija uffiċċjali f'isem Malta, għall-Eurovision ta' din is-sena li se jsir f'Tel Aviv, l-Iżrael.
Il-kantanta żagħżugħa Nicole Frendo, 16-il sena, li kklassifikat fit-tielet post fl-ewwel edizzjoni ta' X Factor Malta, ser tkun waħda mill-ġurija uffiċċjali.
Hi ser tkun qed tagħti l-ġudizzju tagħha flimkien ma' Carlo Borg Bonaci, Arthur Caruana, Eileen Spiteri u l-kantant Matthew James Borg.