top of page
  • Writer's pictureEspresso

Prodotti bit-'2 pin plug' f'Malta, huma illegali?



Waqt il-programm ESPRESSO, il-programm ta' filgħodu fuq ONE, Odette Vella, direttur fi ħdan l-awtorita' Maltija għall-affarijiet tal-konsumatur, qalet li ċertu prodotti, b'mod partikolari 'appliances'  li f'pajjiżna jinbiegħu b'2 pin plug huma illegali.

Għal telefonata ta' waħda mit-telespettaturi, Odette Vella, spjegat li skont il-liġi Maltija, il-konsumaturi għandhom id-dritt li jingħataw u jixtru prodott komplut għall-użu fid-djar Maltin u li dan għandu jkun bi 3 pin plug, għajr għal xi prodotti li jistgħu jinbiegħu fis-suq lokali bit-2 pin plug.

Segwi hawn taħt, dak li qalet Odette Vella waqt Espresso u jekk tixtieq aktar informazzjoni tista' ċċempel lill-Awtorita' Maltija għall-affarijiet tal-konsumatur fuq: 8007 4400


Segwi l-filmat hawn:


bottom of page