Espresso
Propjeta' semi-finished jew finished?
X'inhi d-differenza bejn dawn iż-żewġ termini?

Ġuvni ra propjeta' rreklamata fuq is-siti-soċjali. Kienet imniżżla u rreklamata 'finished'. Meta ċempel in-numru indikat, u mar jara din il-propjeta' induna li ma kinx tkellem mas-sid, iżda hemn aġent tal-propjeta' minn aġenzija mdaħħal. L-aġent daħħal lil ġuvni jara din il-propjeta' u għoġbitu mmens. Minn dakinhar, mar il-bank u kellimhom fuq din il-propjeta'. Meta dan il-ġuvni beda jiddiskrivi x'ra, tal-bank qallu li dik il-propjeta' mhux 'finished' imma 'semi-finished' u li għal bank jista' jkun li tagħmel xi differenza, pero wegħduh li diskussjoni aktar profonda ssir meta jkollhom konvenju f'idejhom. Dan il-ġuvni tħawwad. X'inhi d-differenza bejn propjeta 'finished' u propjeta' 'semi-finished'? Tagħmel xi differenza meta tiġi biex tixtri?
Wieġeb dwar dan, l-aġent tal-propjeta', Mario Fenech waqt ESPRESSO, il-programm ta' filgħodu fuq ONE. Segwi hawn din is-sezzjoni mill-programm:
Għal aktar informazzjoni dwar il-propjeta' tista' ċċempel lil DAFORTE REAL ESTATE fuq: 2169 0690