Espresso
Studju dwar l-aħjar interess tat-tfal
Kif dan il-prinċipju għandu jiġi applikat waqt proċeduri legali?

Huma ħafna s-sitwazzjonijiet li jridu jħabbtu wiċċhom magħhom il-minuri u kif ċertu deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'responsabilta' u dawn l-istess deċiżjonijiet jiġu rrispettati fl-aħjar interess tat-tfal u l-familji li jikkonċernawhom. Dwar dan, sar studju dwar il-prinċipju tal-aħjar interess tat-tfal u kif dan għandu jiġi applikat waqt proċeduri legali. F'dan l-istudju, ġie sostnut illi t-tfal għandhom ikollhom rapreżentanza legali f'ċertu każijiet fejn l-interessi tagħhom qed jiġu mhedda minħabba raġunijiet varji. X'inhi 'Parental-authority'? Il-liġi x'tgħid bħala defenizzjoni għall-aħjar interess tat-tfal? Kemm huwa importanti li nisimgħu l-vuċi tat-tfal biex inkunu nafu aktar ir-realta' ta' x'inhu l-aħjar interess tat-tfal nfushom? Kif ser insibu veru l-aħjar interess tat-tfal? L-aħjar interess tat-tfal, minn lenti legali, ġie diskuss mal-avukat Dr Lynn Faure waqt Espresso, il-programm ta' filgħodu fuq ONE.
Segwi l-filmat hawn: